Play Backgammon jugar backgammon Jouer au backgammon Spielen Sie Backgammon Gioca Backgammon שש בש Speel Backgammon اللغة العربية الطاوله バックギャモン Tavla oynayın 汉语/漢語 西洋双陆棋 - 步步高 παίξε τάβλι Jogue gamão Pelaa Backgammon Spill backgammon Онлайн нардах Spill Backgammon Zagraj tryktrak Hrát Backgammon Spil Backgammon Joaca Table Играй Табла Spila Backgammon 韓國語 백개먼 Igrajte Bekemon Igrajte Bekemon Igrajte Backgammon грайте в Tріктрак Maglaro ng Backgammon žaikite Backgammon играј табла Igrajte Backgammon Online Backgammon ითამაშე ნარდი català backgammon chơi Backgammon ภาษาไทย แบคแกมมอน mängi backgammon हिन्दी बॅकगॅमन ilghab il-backgammon Slovenčina backgammon Latviešu valoda backgammon O‘zbek narda Gjuha shqipe bekgamon  
Navigator back image
Menu Ewlieni
Il-logħoba tal-Backgammon
Regoli tal-Backgammon
   
 
Newsletter

Regoli tal-Backgammon


Fil-mejda tal-backgammon hemm 24 trianglu b'kuluri alternati li jissejħu ponot. Il-mejda maqsuma f'4 partijiet u f'kull parti hemm 6 ponot. Int u l-avversarju tiegħek għandkom 'dar' u 'barra' kull wieħed li huma sseparati minn sezzjoni mgħollija li tissejaħ il-lasta. Meta xi pedina tintlaqat titpoġġa fuq il-lasta u tista tidħol biss fuq in-naha ta' l-avversarju meta terġa jmissek tilgħab. Il-mod li l-pedini jitpoġġew fil-bidu tal-logħoba hi magħrufa bħala l-pożizzjoni tal-bidu. Żewġ pedini jibdew fuq l-24 ponta ta' kull ġukatur, ħamsa fuq it-13 il-ponta, tlieta fuq it-8 ponta, u ħamsa fuq is-6 waħda. Id-direzzjoni tal-logħob huwa minn naħa tal-avversarju għan naħa ta' barra tiegħu, lejn in-naha ta' barra tiegħek u fl-aħħar lejn darek.


Skop tal-Logħoba

L-iskop tal-logħoba hu li l-lagħaba jdaħħlu l-pedini kollha f'darhom, imbagħad joħorġuhom minn fuq il-mejda. L-ewwel wieħed li joħroġ il-pedini kollha minn fuq il-mejda jirbaħ.

Niżżel programmi b'xejn
Ilgħab Backgammon fuq l-interenet: kompetizzjonijiet 24/7, inti tista tilgħab għall-gost jew flus ta' veru. Ssieheb ma' nies minn madwar id-dinja - Għafas Hawn.


Kif tibda l-Logħoba

Fil-bidu tal-logħoba, iż-żewġ lagħaba jwaddbu damma waħda. Min waddab l-għola numru jibda jmexxi hu billi juża kemm in-numru tiegħu kif ukoll dak tal-avversarju biex imexxi l-pedini. Jekk l-istess numru joħroġ fuq iż-żewġ damem, il-lagħaba jerġghu jwaddbu sakemm johorġu numri differenti. Wara l-ewwel mossa, il-lagħaba jmisshom darba kull wieħed biex iwaddbu d-damem.



Kif Tmexxi l-Pedini

Il-pedini jridu jimxu dejjem il-quddiem madwar il-mejda skond in-numri li joħorġu fuq id-damem. In-numri jissarfu f-żewġ mossi separati. Per eżempju, jekk xi ħadd iwaddab 4 u 6, jista jmexxi pedina erbgħa spazji fuq ponta miftuħa u oħra sitt spazji, jew inkella jista jmexxi pedina waħda total ta' għaxar spazji fuq ponta miftuħa, imma jekk waħda mill-ponot intermadjarji tkun miftuħa biss (jew erbgħa jew sitt spazji minn fejn telqet). Il-lasta ma tgħoddx bħala spazju.

Il-pedini jitmexxew madwar il-mejda minn barra għal ġod-dar.

Pedina tista titmexxa fuq ponta miftuħa biss, li ma tkunx okkupata minn żewġ pedini avversarji jew iżjed. Pedina tista timxi fuq ponta jekk tkun okkupata b'waħda mill-pedini tal-avversarju. F'dan il-każ, il-pedina avversarja tkun intlaqtet u titpoġġa fuq il-lasta.

Biex ma' jħallix il-pedini waħedhom il-ġukatur jista juża l-mossa tiegħu biex jagħmel punt. Il-punt (li jikkontrolla waħda mit-triangli tal-mejda) isir billi jitpoġġew żewġ pedini tal-istess persuna jew iżjed fuq xulxin.

Il-lagħaba jridu jużaw iż-żewg numri ta' fuq id-damma jekk hemm post fejn jintużaw (jew l-erbgħa numri jekk waddabt doppji). Meta numru wieħed biss jista jintlagħab, il-ġukatur irid jilgħabu. Jew jekk iz-żewġ numri jistgħu jintlagħbu imma mhux t-tnejn f'daqqa, l-ikbar wieħed irid jintuża. Meta l'ebda numru ma jista jintuża, il-logħob idur f'idejn l-avversarju. Fil-każ ta' doppji, meta l-erbgħa numri ma jistgħux jintlagħbu kollha, il-lagħaba jridu jmexxu sa fejn jistgħu.


Il-Lasta

Il-lasta hi magħmula minn sinjal li jissepara il-mejda ta' ġewwa minn dik ta' barra, u meta titpoġġa pedina fiha tibqa barra mill-logħoba sakemm bit-twaddib tad-damem tkun tista titpoġġa fil-mejda ta' ġewwa tal-avversarju.

Dħul minn fuq il-Lasta

Pedina tista tidħol minn fuq il-lasta jekk fuq waħda mid-damem hemm numru li juri ponta mhux okkupata minn żewġ pedini avversarji jew iżjed f'daru. Jekk ma tistax tidħol għax il-ponot li qed juru d-damem jinsabu okkupati, il-logħob jerġa jaqa f-idejn l-avversarju. Jekk l-avversarju għandu s-sitt ponot kollha f'idejħ, ma tistax twaddab id-damem la xorta ma tista tmexxi mkien sakemm l-avversarju jiftaħlek ponta fuq in-naha tiegħu. Jekk xi hadd ikolli pedina jew iżjed fuq il-lasta, dawn iridu jidhlu kollha qabel ma il-pedini l-oħra jkunu jistgħu jitmexxew.

Meta l-pedini kollha jergħu jidhlu fil-logħoba, jista jituza xi numru li jkun għad baqa fuq id-damem biex titmexxa dik il-pedina jew xi ohra li tkun.


Il-Ħruġ

Il-Ħruġ huwa l-aħħar stadju tal-logħoba meta l-pedini jitneħħew mid-dar, imma dan il-process ma jistax jidba qabel ma l-15 il-pedina jkunu waslu kollha d-dar. Wara li n-nies tiegħek ikunu d-dar tista tneħħihom skond in-numri li joħorgu fuq id-damem. Trid tuża n-numri kollha, għallura jekk hareg 5 u m'għandekx pedini fuq is-6 u l-ħames ponta, trid tneħħi l-pedina li qiegħda fuq l-għola ponta. Jekk joħroġ 5 u m'għandekx pedini fuq il-5 ponta imma għandek waħda fuq is-6, trid tmexxi l-pedina minn fuq is-6 ponta ħames spazji għall fuq l-1 ponta. M'għandekx għalfejn toħroġ pedini jekk ikollok xi mossa oħra li tista tagħmel waqt li l-avversarju tiegħek qiegħed fuq il-lasta jew għad għandu ponta f'idejh fuq in-naħa tiegħek. Jekk l-avversarju tiegħek jolqotlok pedina fuq il-lasta waqt li tkun qed toħroġ, trid iddaħħal dik il-pedina u u ġġiba d-dawra kollha ġo darek qabel ma tkun tista toħroġ il-pedini tiegħek. L-ewwel ġukatur li joħroġ il-15 il-pedina tiegħu kollha jirbaħ il-logħoba.

Irduppjar

Il-backgammon tintlagħab għal somma mifthema minn qabel għal kull punt. Kull logħoba tibda b'punt wiehed. Waqt li qed jilgħab, ġukatur li jħoss li għandu vantaġġ sustanzjali jista jipproponi li jirdoppja s-somma. Jista jagħmel dan biss meta jkun imissu jilgħab u qabel ma jitfa d-damem.

Il-ġukatur li jiġi offrut li jirdoppja jista ma jaċċettax, f'dan il-każ iċiedi l-logħoba u jitlef il-punt. Inkella jrid jaċċetta li jirdoppja u jilgħab għal somma ikbar. Min jaċċetta li jirdoppja jsir sid il-kubu u huwa biss jista jipproponi li jirdoppja d-darba li jmiss.

Iżjed irduppjar jistgħu jerġghu jsiru fl-istess logħoba u jissejħu redoubles. Jekk ġukatur jirrifjuta redouble, ikollu jħallas in-numru ta' punti li kienu nġabru qabel ir-redouble. Inkella, jiġi sid il-kubu u l-logħoba tkompli bis-somma ta' qabel terġa tiġi rduppjata. M'hemmx limitu ta' kemm isiru redoubles fl-istess logħoba.

Ir-Regola Jacoby

Gammons u backgammons jgħoddu bħala logħoba waħda biss jekk l-ebda ġukatur ma offra double waqt il-logħoba. Din ir-regola tgħaġġel il-logħob billi tneħħi s-sitwazzjonijiet fejn il-lagħaba ma' jirduppjawx biex ikunu jistgħu jilgħabu għall-gammon. Il-Jacoby hija l-iżjed popolari f'logħob għall-flus.


Ir-Regola Crawford

Jekk qed tilgħab logħoba b'n punti u l-avversarju tigħek qiegħed qablek, jekk jasal sa n-1 punt skond ir-regola Crawford inti ma tistax tuża l-kubu tal-irduppjar fil-logħoba ta' wara.


Ir-Regola Holland

Fil-logħob ta' wara l-Crawford, min qed jitlef jista jirdoppja biss wara li ż-żewg naħat ikunu waddbu d-damem darbtejn. Din ir-regola ma tantx tintuża.


Recently written and posted Backgammon Articles:

A Short BackgammonMasters Website Review
Their backgammon program can be downloaded from the website and it is very easy and fast to install, it does the needed updates on its own and selects that language automatically, if your language is available....
Written by Ovid Homer - Sunday, June 07, 2009

Hypergammon – Discover the Attractiveness of a New Backgammon Version
Even if it is a game where experience is very important, the surprise element of the backgammon game makes it so tempting....
Written by Audley Torgerson - Monday, June 01, 2009